+Artikolu 32 Valutazzjoni ta’ żviluppi fis-suq, inklużi testijiet tal-istress
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.

Artikolu 32 Valutazzjoni ta’ żviluppi fis-suq, inklużi testijiet tal-istress

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.
L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi, fil-valutazzjonijiet tagħha, analiżi tas-swieq li fihom joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji u valutazzjoni tal-impatt ta’ żviluppi potenzjali fis-suq fuq tali istituzzjonijiet.
Artikolu 32 2.

L-Awtorità għandha tagħti bidu għal, u tikkoordina, valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi negattivi tas-suq. Għal dak l-għan, hija għandha tiżviluppa:

(a) 

metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni finanzjarja filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, riskji li jirriżultaw minn żviluppi ambjentali avversi;

▼M2

(aa) 

metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha;

▼B

(b) 

approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c) 

metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikulari jew proċessi ta’ distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni u fuq it-titolari tal-poloz, il-membri ta’ skemi tal-pensjoni, il-benefiċjarji u t-tagħrif tal-konsumatur;

▼M2

(d) 

metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ riskji ambjentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ta’ istituzzjonijiet finanzjarji.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-BERS.

Artikolu 32 3.

Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-Awtorità għandha, darba fis-sena, u aktar ta’ spiss fejn ikun meħtieġ, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS ta’ xejriet, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha, flimkien mal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament.

▼B

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.

Artikolu 32 4.
L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.