|
+Artikolu 32 2. |
Artikolu 32 2.L-Awtorità għandha tagħti bidu għal, u tikkoordina, valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi negattivi tas-suq. Għal dak l-għan, hija għandha tiżviluppa:
(a)
metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni finanzjarja filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, riskji li jirriżultaw minn żviluppi ambjentali avversi;
(aa)
metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha;
(b)
approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;
(c)
metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikulari jew proċessi ta’ distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni u fuq it-titolari tal-poloz, il-membri ta’ skemi tal-pensjoni, il-benefiċjarji u t-tagħrif tal-konsumatur;
(d)
metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ riskji ambjentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-BERS. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|