+Artikolu 33 3.

Artikolu 33 3.

L-Awtorità għandha timmonitorja, b’enfasi partikolari fuq l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tad-detenturi ta’ poloz u l-funzjonament tas-suq intern, żviluppi rilevanti regolatorji u superviżorji u prattiki ta’ infurzar u żviluppi tas-suq f’pajjiżi terzi, sa fejn ikunu rilevanti għal valutazzjonijiet tal-ekwivalenza abbażi tar-riskju, li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Barra minn hekk, hija għandha tivverifika jekk il-kriterji li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, u kwalunkwe kondizzjoni stabbilita fihom, għadhomx issodisfati.

L-Awtorità tista’ tikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) li jiġbor fil-qosor il-konstatazzjonijiet mill-monitoraġġ minnha tal-pajjiżi terzi ekwivalenti kollha. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tad-detenturi ta’ poloz u l-funzjonament tas-suq intern.

Fejn l-Awtorità tidentifika żviluppi rilevanti fir-rigward tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni jew tal-prattiki ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija f’dan il-paragrafu li jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tagħha jew aktar, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni ta’ detenturi ta’ poloz jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien bla bżonn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.