+Artikolu 35a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra
---+Artikolu 35a 1.
---+Artikolu 35a 2.
---+Artikolu 35a 3.
---+Artikolu 35a 4.
---+Artikolu 35a 5.
---+Artikolu 35a 6.
---+Artikolu 35a 7.
---+Artikolu 35a 8.
---+Artikolu 35a 9.
---+Artikolu 35a 10.
---+Artikolu 35a 11.
---+Artikolu 35a 12.
|
Artikolu 35a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35a 1.
|
L-Awtorità għandha tikkondividi, fuq bażi regolari jew skont il-każ, informazzjoni li tkun kisbet minn istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra meta twettaq dmirijietha u li tirriżulta mill-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, mal-awtoritajiet l-oħra fuq talba, dment li l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 35a 2.
|
L-Awtorità għandha titlob informazzjoni minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet l-oħra li jkunu kisbu dik l-informazzjoni, minflok ma titlobha direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji, dment li l-Awtorità tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni. L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità li tikseb l-informazzjoni mitluba mill-istituzzjonijiet finanzjarji meta l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi l-informazzjoni, meta tkun meħtieġa azzjoni urġenti jew meta l-kisba tal-informazzjoni direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Awtorità skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 35a 3.
|
Talba għall-iskambju ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tindika l-bażi legali skont il-liġi tal-Unjoni li tintitola lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra. L-awtorità rikjedenti u l-Awtorità għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71 u fil-leġiżlazzjoni settorjali li japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti u bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-Awtorità.
|
|
Artikolu 35a 4.
|
Meta l-Awtorità tiskambja informazzjoni skont il-paragrafu 1, din għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lil kull awtorità li mingħandhom tkun kisbet l-informazzjoni jew kull istituzzjoni finanzjarja, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet mill-istituzzjonijiet finanzjarji direttament, dwar l-iskambju. Fil-każ ta’ skambji rikorrenti jew perjodiċi ta’ informazzjoni, l-Awtorità għandha tkun obbligata tinforma lill-istituzzjoni finanzjarja jew lill-awtorità li mingħandha tkun kisbet l-informazzjoni darba biss.
|
|
Artikolu 35a 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 4, l-Awtorità ma għandhiex tkun obbligata tinforma lill-awtorità jew lill-istituzzjoni finanzjarja, kif applikabbli, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni meta tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata b’tali mod li ma tibqax relatata ma’ xi persuna fiżika identifikata jew identifikabbli u li l-istituzzjoni finanzjarja jew entitajiet ġuridiċi oħra ma jibqgħux identifikabbli; jew
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inkluż is-sigrieti kummerċjali, u biex tiġi protetta d-data personali permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (
7
) u (UE) 2018/1725 (
8
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
|
Artikolu 35a 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 4, l-Awtorità ma għandhiex tinforma lill-istituzzjoni finanzjarja dwar l-iskambju ta’ informazzjoni jekk tiddetermina, jew tkun infurmata mill-awtorità rikjedenti, li dan jista’ jikkomprometti l-proċedimenti, l-azzjonijiet jew l-investigazzjonijiet superviżorji jew ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 35a 7.
|
Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-Awtorità tkun irċeviet minn istituzzjoni finanzjarja jew l-awtoritajiet l-oħra u li fuqha l-Awtorità tkun sussegwentement wettqet verifiki tal-kwalità jew li l-Awtorità tkun ipproċessat mod ieħor.
|
|
Artikolu 35a 8.
|
Sabiex jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 7, l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil dwar l-arranġamenti għal tali skambji. Il-memoranda ta’ qbil jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni kondiviża. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-Awtorità u lill-awtoritajiet l-oħra, tiżviluppa gwida dwar l-elementi ewlenin ta’ tali memoranda ta’ qbil.
|
|
Artikolu 35a 9.
|
Il-paragrafi 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. F’każ ta’ kunflitt bejn dan l-Artikolu u dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra, għandhom jipprevalu tali dispożizzjonijiet oħra.
|
|
Artikolu 35a 10.
|
L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra li jkollhom interess leġittimu f’dik informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità jew awtorità kompetenti li tagħti aċċess tkun żgurat li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni tiġi anonimizzata b’mod li jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, lill-entitajiet, lis-suġġetti tad-data u, meta tkun l-Awtorità li tagħti aċċess għall-informazzjoni, lill-Istati Membri milli jiġu identifikati;
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
L-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe awtorità għandha tiġi kondiviża skont l-ewwel subparagrafu f’każ biss li jkun hemm il-kunsens tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 35a 11.
|
Sal-11 ta’ Novembru 2027, l-Awtorità għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lura lill-Kummissjoni dwar l-ostakli legali kollha fil-leġiżlazzjoni settorjali li jżommuhom, bi kwalunkwe mod, milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rappurtar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti. Jista’ jinkludi wkoll suġġerimenti biex tittejjeb il-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji. Ir-rapport għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari, fejn meħtieġ. Filwaqt li tqis ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra.
|
|
Artikolu 35a 12.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, tal-Artikolu 35(4) u tal-Artikolu 70(3), “awtoritajiet oħra” tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
(b)
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea);
(c)
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);
(d)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), ta’ dan ir-Regolament;
(e)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
(f)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
(g)
l-awtoritajiet li jiffurmaw il-Mekkaniżmu superviżorju uniku, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (
9
);
(h)
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB, Single Resolution Board), kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
);
(i)
awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
);
(j)
l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA), kif stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
);
(k)
superviżuri finanzjarji, kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
);
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|