+Artikolu 40 Kompożizzjoni
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.
---+Artikolu 40 6.
|
Artikolu 40 Kompożizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn:
▼M2
▼B
(b)
il-kapijiet tal-awtorità pubblika nazzjonali, kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji f’kull Stat Membru, li għandhom jiltaqgħu personalment tal-inqas darbtejn fis-sena;
(c)
rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, li m’għandux ikollu vot;
(d)
rappreżentant wieħed tal-BERS, li m’għandux ikollu vot;
(e)
rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, li m’għandux ikollhom vot.
|
|
Artikolu 40 2.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jlaqqa’ laqgħat mal-Gruppi tal-Partijiet Interessati regolarment, tal-anqas darbtejn fis-sena.
|
|
Artikolu 40 3.
|
Kull awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, meta dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.
|
|
Artikolu 40 4.
|
Fi Stati Membri fejn ikun hemm aktar minn awtorità responsabbli waħda għas-supervizjoni skont dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni. Madankollu, meta punt li jrid ikun diskuss mill-Bord tas-Superviżuri ma jkunx jaqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-awtorità nazzjonali li tkun qiegħda tiġi rrappreżentata mill-membru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, dak il-membru jista’ jieħu rappreżentant mill-awtorità nazzjonali rilevanti, li m’għandux ikollu vot.
|
|
Artikolu 40 5.
|
►M3
Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jammetti osservaturi. B’mod partikolari, il-Bord tas-Superviżuri għandu jammetti rappreżentant tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
) meta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu jiġu diskussi jew deċiżi. ◄
6. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri, mingħajr id-dritt li jivvota.
|
|
Artikolu 40 6.
|
Fejn l-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ma tkunx responsabbli għall-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi f’dak il-punt jista’ jiddeċiedi li jistieden rappreżentant mill-awtorità tal-Istat Membru għall-protezzjoni tal-konsumaturi, li ma għandux ikollu vot. F’każ fejn ir-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-konsumaturi tkun kondiviża minn diversi awtoritajiet fi Stat Membru, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|