►M7
L-Awtorità għandha taġixxi fil-qafas tas-setgħat mogħtija b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 97/9/KE, 98/26/KE, 2001/34/KE, 2002/47/KE, 2004/109/KE, 2009/65/KE, tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
) u sal-punt li dawk l-atti japplikaw għall-kumpanniji li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew għall-impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom, għal emittenti jew offerenti ta’ kriptoassi, għal persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-qafas tal-partijiet rilevanti tad-Direttivi 2002/87/KE u 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att ġuridikament vinkolanti ieħor tal-Unjoni Ewropea li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.
◄