+Artikolu 2 Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.

Artikolu 2 Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
L-Awtorità għandha tkun parti minn sistema Ewropea ta’ superviżjoni finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u jkunu żgurati l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi u l-protezzjoni effettiva u suffiċjenti għall-klijenti ta’ servizzi finanzjarji.
Artikolu 2 2.

Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), bħall-finijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 ( 6 ) u dan ir-Regolament;

(b) 

l-Awtorità;

(c) 

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorita Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );

(d) 

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(e) 

il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“Kumitat Konġunt”) għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 54 sa 57 ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolement (UE) Nru 1093/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;

(f) 

l-awtoritajiet kompetenti jew superviżorji fl-Istati Membri kif speċifikati fl-atti tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 2 3.
L-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib mal-BERS u kif ukoll mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorita Bankarja Ewropea) permezz tal-Kumitat Konġunt, filwaqt li tiżgura konsistenza transsettorjali fil-ħidma u l-kisba ta’ pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u kwistjonijiet transsettorjali oħra.
Artikolu 2 4.
F’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom u mingħand l-Awtorità lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Artikolu 2 5.
Dawk l-awtoritajiet superviżorji li huma parti għas-SESF għandhom ikunu obbligati li jissorveljaw il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw fl-Unjoni skont l-atti tmsemmija fl-Artikolu 1(2).

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, ir-referenzi f’dan ir-Regolament għal superviżjoni għandhom jinkludu l-attivitajiet rilevanti kollha tal-awtoritajiet kompetenti kollha li jridu jitwettqu skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.