|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(a)
il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), bħall-finijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 ( 6 ) u dan ir-Regolament;
(b)
l-Awtorità;
(c)
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorita Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
(d)
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
(e)
il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“Kumitat Konġunt”) għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 54 sa 57 ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolement (UE) Nru 1093/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;
(f)
l-awtoritajiet kompetenti jew superviżorji fl-Istati Membri kif speċifikati fl-atti tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|