+Artikolu 8 Kompiti u setgħat tal-Awtorità
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 1a.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
|
Artikolu 8 Kompiti u setgħat tal-Awtorità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:
▼M3
(a)
abbażi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji u ta’ implimentazzjoni, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u miżuri oħra, inklużi opinjonijiet;
▼M3
(aa)
li tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal ta’ superviżjoni tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni li għandu jistipula l-aħjar prattiki superviżorji u metodoloġiji u proċessi ta’ kwalità għolja u li jqis, fost l-oħrajn, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli kummerċjali li qegħdin jinbidlu u d-daqs tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tas-swieq;
▼M3
(b)
li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, trawwem l-indipendenza superviżorja u twettaq monitoraġġ tagħha, timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;
▼B
(c)
li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;
(d)
li tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;
▼M3
(e)
li torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti u, f’dak il-kuntest, li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet u li tidentifika l-aħjar prattiki, bl-għan li tissaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;
(f)
li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, inklużi, fejn rilevanti, l-iżviluppi relatati max-xejriet fis-servizzi finanzjarji innovattivi filwaqt li tikkunsidra kif dovut l-iżviluppi relatati ma’ fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza;
(g)
li tagħmel analiżijiet tas-suq biex tinforma l-proċedura ta’ kwittanza għall-funzjonijiet tal-Awtorità;
(h)
li trawwem, fejn ikun rilevanti, il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqasijiet f’kuntest transfruntier u b’kunsiderazzjoni tar-riskji relatati;
▼B
(i)
li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjani ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli tal-investituri madwar l-Unjoni u l-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni tal-problemi ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji li qegħdin ifallu u valutazzjoni tal-ħtieġa għal strumenti ta’ finanzjament adegwati, konformement mal-Artikoli 21 sa 26;
▼M3
(ia)
li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ strateġija komuni tal-Unjoni dwar data finanzjarja;
▼B
(j)
li twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew f’atti leġislattivi oħra;
(k)
li tippubblika fil-website tagħha, u taġġorna b’mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar parteċipanti fis-swieq finanzjarji reġistrati, sabiex tiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku;
▼M3
(ka)
li tippubblika fil-website tagħha, u li taġġorna b’mod regolari, l-istandards tekniċi regolatorji, l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-mistoqsijiet u tweġibiet kollha għal kull att leġiżlattiv imsemmi fl-Artikolu 1(2), inklużi ħarsiet ġenerali li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali tal-ħidma li tkun għaddejja u l-iskeda ta’ żmien ippjanata għall-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni.
▼M3 —————
|
|
Artikolu 8 1a.
|
Meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha:
(a)
tuża s-setgħat sħaħ disponibbli għaliha;
(b)
filwaqt li jitqies kif dovut l-objettiv li jiġu żgurati s-sigurtà u solidità tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tikkunsidra b’mod sħiħ it-tipi differenti, il-mudelli differenti ta’ negozju u d-daqsijiet differenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji; u
(c)
tikkunsidra l-innovazzjoni teknoloġika, il-mudelli ta’ negozju innovattivi u sostenibbli, u l-integrazzjoni ta’ fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Biex taqdi l-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-setgħa li:
(a)
tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 10;
(b)
tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 15;
(c)
toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16;
▼M3
(ca)
toħroġ rakkomandazzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 29a;
▼B
(d)
toħroġ rakkomandazzjonijiet f’każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 17(3);
▼M3
(da)
toħroġ avviżi f’konformità mal-Artikolu 9(3);
▼B
(e)
tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(3);
(f)
f’każijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 18(4), u fl-Artikolu 19(4);
▼M3
(g)
toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 16a;
▼M3
(ga)
toħroġ tweġibiet għal mistoqsijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16b;
(gb)
tieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 9a;
▼B
(h)
tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif previst fl-Artikolu 35;
(i)
tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;
(j)
tipprovdi database aċċessibbli ċentralment tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha, fejn speċifikat fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).
|
|
Artikolu 8 3.
|
Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità għandha taġixxi abbażi, u fil-limiti, tal-qafas leġislattiv u għandha tikkunsidra debitament il-prinċipju ta’ proporzjonalità, fejn ikun rilevanti, u regolamentazzjoni aħjar, inklużi r-riżultati ta’ analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa msemmija fl-Artikoli 10, 15, 16 u 16a għandhom isiru bl-aktar mod wiesa’ possibbli sabiex jiġi żgurat approċċ inklużiv lejn il-partijiet interessati kollha u għandhom jippermettu żmien raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jwieġbu. L-Awtorità għandha tippubblika sommarju tar-rispons li jaslilha mingħand il-partijiet interessati u ħarsa ġenerali lejn kif l-informazzjoni u l-opinjonijiet miġbura mill-konsultazzjonijiet intużaw f’abbozz ta’ standard tekniku regolatorju u f’abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|