|
+Artikolu 8 2. |
Artikolu 8 2.Biex taqdi l-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-setgħa li:
(a)
tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 10;
(b)
tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 15;
(c)
toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16;
(ca)
toħroġ rakkomandazzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 29a;
(d)
toħroġ rakkomandazzjonijiet f’każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 17(3);
(da)
toħroġ avviżi f’konformità mal-Artikolu 9(3);
(e)
tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(3);
(f)
f’każijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 18(4), u fl-Artikolu 19(4);
(g)
toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 16a;
(ga)
toħroġ tweġibiet għal mistoqsijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16b;
(gb)
tieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 9a;
(h)
tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif previst fl-Artikolu 35;
(i)
tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;
(j)
tipprovdi database aċċessibbli ċentralment tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha, fejn speċifikat fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|