+Artikolu 21 Kulleġġi tas-superviżuri
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
|
Artikolu 21 Kulleġġi tas-superviżuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
L-Awtorità għandha tippromwovi u tissorvelja, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, il-funzjonament effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri fejn stabbilit bl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u trawwem l-konsistenza u l-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fost il-kulleġġi tas-superviżuri. Bl-għan li ssir konverġenza tal-aħjar prattiki superviżorji, l-Awtorità għandha tippromwovi pjanijiet superviżorji konġunti u eżamijiet konġunti, u l-persunal mill-Awtorità għandu jkollu drittijiet ta’ parteċipazzjoni sħiħa fil-kulleġġi tas-superviżuri u, bħala tali, għandu jkun jista’jipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri, inklużi spezzjonijiet fuq il-post, imwettqa b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.
|
|
Artikolu 21 2.
|
L-Awtorità għandha tmexxi b’mod li jkun żgurat funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi ta’ superviżuri għal istituzzjonijiet transkonfinali fl-Unjoni kollha, b’kont meħud tar-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 23, u għandha, fejn xieraq, torganizza laqgħa ta’ kulleġġ.
▼B
Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu u tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġislazzjoni rilevanti.
L-Awtorita’ tista’:
(a)
tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġ u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġ;
▼M3
(b)
tagħti bidu għal, u tikkoordina, testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha f’konformità mal-Artikolu 32 biex tivvaluta r-reżiljenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, b’mod partikolari r-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23, għal żviluppi negattivi fis-swieq, u tivvaluta l-potenzjal li jikber ir-riskju sistemiku li jistgħu jippreżentaw il-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji f’sitwazzjonijiet ta’ stress, waqt li jiġi żgurat li tiġi applikata metodoloġija konsistenti fil-livell nazzjonali għal tali testijiet u, fejn adatt, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jiġu korretti kwistjonijiet identifikati fit-test tal-istress, inkluża rakkomandazzjoni biex jitwettqu valutazzjonijiet speċifiċi; tista’ tirrakkomanda lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post, u tista’ tipparteċipa f’tali spezzjonijiet fuq il-post, sabiex tiżgura l-komparabbiltà u l-affidabbiltà tal-metodi, prattiki u riżultati tal-valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha;
▼B
(c)
tippromwovi attivitajiet superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma jew jistgħu jkun esposti għalihom f’sitwazzjonijiet ta’ stress;
(d)
tissorvelja, f’konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f’dan ir-Regolament, il-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, u
(e)
titlob aktar deliberazzjonijiet ta’ kulleġġ fi kwalunkwe każ fejn hija tikkunsidra li d-deċiżjoni tirriżulta f’applikazzjoni inkorretta tal-liġi tal-Unjoni jew ma tikkontribwixxix għall-għan ta’ konverġenza tal-prattiki superviżorji. Hija tista’ tirrikjedi wkoll li ssir laqgħa tal-kulleġġ jew iżżid punt mal-aġenda ta’ laqgħa.
|
|
Artikolu 21 3.
|
L-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni skont is-setgħat stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u skont l-Artikoli 10 sa 15, biex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta’ superviżuri. L-Awtorità tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 biex tippromwovi konverġenza fil-funzjonament superviżorju u fl-aħjar prattiki li ġew adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri.
|
|
Artikolu 21 4.
|
L-Awtorità għandu jkollha rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti biex issolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19. L-Awtorità tista’ tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-parteċipant fis-swieq finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 19.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|