|
+Artikolu 35a 12. |
Artikolu 35a 12.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, tal-Artikolu 35(4) u tal-Artikolu 70(3), “awtoritajiet oħra” tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
(a)
il-BERS;
(b)
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea);
(c)
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);
(d)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
(e)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;
(f)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), ta’ dan ir-Regolament;
(g)
l-awtoritajiet li jiffurmaw il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 14 );
(h)
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB, Single Resolution Board), kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 );
(i)
awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 );
(j)
l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA), kif stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 );
(k)
superviżuri finanzjarji, kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ). Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|