|
+Artikolu 35b 1. |
Artikolu 35b 1.Sal-11 ta’ Novembru 2030, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-AMLA, l-SRB, l-awtoritajiet kompetenti u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra għandhom iħejju rapport li jippreżenta opzjonijiet biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-ġbir ta’ data superviżorja fl-Unjoni. Filwaqt li jibni fuq il-ħidma settorjali tal-ASE biex jintegraw ir-rappurtar, dak ir-rapport għandu jipprovdi studju tal-fattibbiltà, inkluż valutazzjoni tal-impatti, tal-ispejjeż u tal-benefiċċji, ta’ sistema integrata transsettorjali għar-rappurtar u, abbażi ta’ dak l-istudju ta’ fattibbiltà, jippreżenta pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni. Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri:
(a)
dizzjunarju tad-data komuni, inkluż repożitorju tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, li jiżgura l-konsistenza u ċ-ċarezza tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-istandardizzazzjoni tad-data; u
(b)
spazju tad-data għall-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni. Filwaqt li tqis is-sejbiet tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u wara valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u meħtieġ, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tiżgura r-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT meħtieġa għall-istabbiliment tas-sistema integrata għar-rappurtar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|