+Artikolu 37 Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 3a.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
|
Artikolu 37 Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Biex jgħin fil-faċilitazzjoni ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jiġi stabbilit Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun ikkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, l-Artikolu 16 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikunu jridu jittieħdu azzjonijiet b’mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiġi mgħarraf kemm jista’ jkun malajr.
Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiltaqa’ mill-anqas erba’ darbiet fis-sena.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun magħmul minn 30 membru. Dawk il-membri għandhom ikunu magħmula minn:
(a)
13-il membru li jirrappreżentaw, b’mod proporzjonat, lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw fl-Unjoni;
(b)
13-il membru li jirrappreżentaw lir-rappreżentati tal-impjegati tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw fl-Unjoni, lill-konsumaturi, lill-utenti tas-servizzi finanzjarji u lir-rappreżentanti tal-SMEs; u
(c)
erba’ membri li huma akkademiċi indipendenti fl-ogħla karigi.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, sa fejn ikun possibbli, jiżgura li jirrifletti adegwatament id-diversità tas-settur tat-titoli u s-swieq, bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni kollha. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jintgħażlu skont il-kwalifiki, il-ħiliet, l-għarfien rilevanti u l-għarfien espert ipprovat tagħhom.
|
|
Artikolu 37 3a.
|
Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jeleġġu President minn fost il-membri tiegħu. Il-kariga ta’ President għandha tinżamm għal perjodu ta’ sentejn. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq biex jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu kull meta jintalab jagħmel dan.
|
|
Artikolu 37 4.
|
L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġett għas-segretezza professjonali, kif stipulat fl-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament, u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, bl-esklużjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija. Dan il-kumpens għandu jqis il-ħidma preparatorja u ta’ segwitu tal-membri u għandu mill-inqas ikun ekwivalenti għar-rati ta’ rimborż ta’ uffiċjali skont it-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (
19
) (ir-Regolamenti tal-Persunal). Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom iservu għal perjodu ta’ erba’ snin, u wara dan issir proċedura ġdida tal-għażla.
▼B
Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jistgħu jservu zewġ termini wara xulxin.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jista’ jippreżenta pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b’attenzjoni partikolari għall-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16, 29, 30 u 32. Fejn il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-pariri, terz tal-membri tiegħu jew il-membri li jirrappreżentaw grupp wieħed ta’ partijiet interessati għandhom jitħallew joħorġu parir separat. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, il-Grupp ta’ Partijiet Interessati fl-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u l-Grupp ta’ Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jistgħu joħorġu parir konġunt dwar kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-ASE taħt l-Artikolu 56 dwar il-pożizzjonijiet konġunti u l-atti komuni.
|
|
Artikolu 37 6.
|
Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu b’maġġoranza tal-membri tiegħu.
|
|
Artikolu 37 7.
|
L-Awtorità għandha tippubblika l-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, il-pariri separati tal-membri tagħha, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħha kif ukoll informazzjoni dwar kif tqiesu l-pariri u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|