+Artikolu 47 Kompiti
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 3a.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 5.
---+Artikolu 47 6.
---+Artikolu 47 7.
---+Artikolu 47 8.
---+Artikolu 47 9.

Artikolu 47 Kompiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.
Il-Bord Maniġerjali għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.
Artikolu 47 2.
Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta’ ħidma annwali u multiannwali.
Artikolu 47 3.
Il-Bord Maniġerjali għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 63 u 64.
Artikolu 47 3a.
Il-Bord Maniġerjali jista’ jeżamina, jagħti opinjoni, u jagħmel proposti, dwar il-kwistjonijiet kollha li jridu jiġu deċiżi mill-Bord tas-Superviżuri wara diskussjoni fil-kumitat intern rilevanti, ħlief għar-reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30.
Artikolu 47 4.
Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-pjan politiku tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 68(2), il-miżuri implimentattivi meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem ‘ir-Regolamenti dwar il-Persunal’).
Artikolu 47 5.
Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 72.
Artikolu 47 6.
Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, lill-Bord tas-Superviżuri għall-approvazzjoni.
Artikolu 47 7.
Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.
Artikolu 47 8.
Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell f’konformità mal-Artikolu 58(3) u (5), b’kont debitament meħud ta’ proposta mill-Bord tas-Superviżuri.
Artikolu 47 9.
Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jagħmlu pubbliċi l-laqgħat kollha li jsiru u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.