+Artikolu 48 Ħatra u kompiti
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.

Artikolu 48 Ħatra u kompiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.

L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonista indipendenti b’impjieg sħiħ.

▼M3

Il-President għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma tal-Bord tas-Superviżuri, inkluż l-istabbiliment tal-aġenda li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri, jorganizza l-laqgħat u jressaq punti għal deċiżjoni, u għandu jippresiedi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-President għandu jkun responsabbli biex jistabbilixxi l-aġenda tal-Bord Maniġerjali, li għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali, u għandu jippresiedi l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali.

Il-President jista’ jistieden lill-Bord Maniġerjali biex jikkunsidra li jistabbilixxi grupp ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 45b.

Artikolu 48 2.
Il-President għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet, tal-għarfien tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tas-swieq finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura tal-għażla miftuħa li għandha tirrispetta l-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi u li għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jfassal lista mqassra ta’ kandidati kwalifikati għall-pożizzjoni ta’ President, bl-assistenza tal-Kummissjoni. Abbażi tal-lista mqassra, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni biex jaħtar lill-President, wara konferma mill-Parlament Ewropew.

Fejn il-President ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49 jew ikun instab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni sabiex ineħħih mill-kariga.

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll, minn fost il-membri tiegħu, Viċi-President li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fl-assenza tal-President. Dak il-Viċi-President m’għandux jiġi elett minn fost il-membri tal-Bord Maniġerjali.

Artikolu 48 3.
Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba.
Artikolu 48 4.

Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas- Superviżuri għandu jivvaluta:

(a) 

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b) 

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

▼M3

Għall-fini tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kompiti tal-President għandhom jitwettqu mill-Viċi President.

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord tas-Superviżuri u bl-assistenza tal-Kummissjoni u wara li jikkunsidra l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jista’ jestendi l-mandat tal-President darba.

Artikolu 48 5.
Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss għal raġunijiet serji. Jista’ jitneħħa biss mill-Parlament Ewropew wara deċiżjoni tal-Kunsill, adottata wara li jikkonsulta lill-Bord tas-Superviżuri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.