+Artikolu 53 Kompiti
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
---+Artikolu 53 6.
---+Artikolu 53 7.
---+Artikolu 53 8.
|
Artikolu 53 Kompiti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali.
|
|
Artikolu 53 2.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Maniġerjali.
|
|
Artikolu 53 3.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 53 4.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi fl-Artikolu 47(2).
|
|
Artikolu 53 5.
|
Kull sena sat-30 ta’ Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 47(2).
|
|
Artikolu 53 6.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 63 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 64.
|
|
Artikolu 53 7.
|
Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.
|
|
Artikolu 53 8.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 68 fir-rigward tal- persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|