1. Il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-ABE, mal-AETS, mal-AEAPX u mal-BERS, u mal-awtoritajiet l-oħrajn li jiffurmaw parti mis-SESF, li jiżguraw livell adegwat ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni fl-Unjoni.
Fejn ikun neċessarju, il-BĊE għandu jidħol f’memoranda ta’ qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-swieq tal-istrumenti finanzjarji. Dawn il-memoranda għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.