+Artikolu 3 Kooperazzjoni
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6

Artikolu 3 Kooperazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-ABE, mal-AETS, mal-AEAPX u mal-BERS, u mal-awtoritajiet l-oħrajn li jiffurmaw parti mis-SESF, li jiżguraw livell adegwat ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni fl-Unjoni.

Fejn ikun neċessarju, il-BĊE għandu jidħol f’memoranda ta’ qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-swieq tal-istrumenti finanzjarji. Dawn il-memoranda għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

Artikolu 3 2

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jipparteċipa fil-Bord ta’ Superviżuri tal-ABE taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 3 3

3.   Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza u l-kompiti tal-ABE, l-AETS, l-AEAPX u l-BERS.

Artikolu 3 4

4.   Il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet li tingħatalhom is-setgħa ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż it-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 3 5

5.   Soġġett għall-Artikoli 1, 4 u 6, il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib ma’ kwalunkwe faċilità pubblika ta’ assistenza finanzjarja inkluża l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-MES, b’mod partikolari meta tali faċilità tkun tat jew x’aktarx ser tagħti, għajnuna finanzjarja diretta jew indiretta lil istituzzjoni ta’ kreditu li tkun soġġetta għall-Artikolu 4.

Artikolu 3 6

6.   Il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti għandhom jikkonkludu memorandum ta’ qbil li jiddeskrivi f’termini ġenerali kif huma ser jikkooperaw ma’ xulxin fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2. Il-memorandum għandu jiġi analizzat fuq bażi regolari.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu l-BĊE għandu jikkonkludi memorandum ta’ qbil mal-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru mhux parteċipanti li fih tinsab mill-inqas istituzzjoni globali waħda sistemikament importanti, kif iddefinit fid-dritt tal-Unjoni.

Kull memorandum għandu jiġi rieżaminat fuq bażi regolari u għandu jkun ippubblikat soġġett għat-trattament xieraq ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.