+Artikolu 4 1
|
Artikolu 4 1
1. Fil-qafas tal-Artikolu 6, il-BĊE għandu, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ikun esklussivament kompetenti biex iwettaq, għal finijiet superviżorji prudenzjali, il-kompiti li ġejjin b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti:
|
(a)
|
jawtorizza lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jirtira l-awtorizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġett għal-Artikolu 14;
|
|
(b)
|
għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, li jixtiequ jistabbilixxu fergħa jew jipprovdu servizzi transkonfinali fi Stat Membru mhux parteċipanti, biex iwettqu l-kompiti li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkollha skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni;
|
|
(c)
|
jivvaluta n-notifiki ta’ akkwist u d-disponiment ta’ holdings kwalifikanti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, ħlief fil-każ ta’ riżoluzzjoni bankarja, u soġġett għal-Artikolu 15;
|
|
(d)
|
jiżgura l-konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3), li jimponu rekwiżiti prudenzjali fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-oqsma ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji, titolizzazzjoni, limiti ta’ skoperturi kbar, likwidità, ingranaġġ, u rapportar u divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni dwar dawk il-kwistjonijiet;
|
|
(e)
|
jiżgura l-konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3), li jimponi rekwiżiti fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jimplimentaw arranġamenti, inkluż ir-rekwiżiti kompetenti u xierqa għall-persuni responsabbli mill-ġestjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, proċessi għall-ġestjoni tar-riskji, mekkaniżmi interni ta’ kontroll, politiki u prattiki dwar remunerazzjoni sodi ta’ governanza u proċessi effikaċi ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern, inklużi mudelli Bbażati fuq Klassifikazzjonijiet Interni;
|
|
(f)
|
iwettaq rieżami superviżorju, inkluż fejn adatt f’koordinazzjoni mal-ABE, stress tests u l-pubblikazzjoni possibbli tagħhom sabiex jiddetermina jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fondi proprji miżmuma minn dawn l-istituzzjonijiet jiżgurawx ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom, u abbażi ta’ dak l-eżami superviżorju biex jimponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu rekwiżiti speċifiċi addizzjonali ta’ fondi proprji, rekwiżiti speċifiċi ta’ pubblikazzjoni, rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità u miżuri oħra fil-każijiet disponibbli speċifikament għall-awtoritajiet kompetenti permezz tal-liġi rilevanti tal-Unjoni;
|
|
(g)
|
iwettaq superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-kumpaniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’wieħed mill-Istati Membri parteċipanti, inkluż ta’ kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta, u biex jipparteċipa fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, inkluż f’kulleġġi ta’ superviżuri mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f’dawk il-kulleġġi bħala osservaturi, b’rabta mal-kumpaniji prinċipali mhux stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri parteċipanti;
|
|
(h)
|
jipparteċipa f’superviżjoni supplementari ta’ konglomerat finanzjarju b’rabta ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fih u jassumi l-kompiti ta’ koordinatur meta l-BĊE jinħatar bħala l-koordinatur għal konglomerat finanzjarju skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni;
|
|
(i)
|
iwettaq kompiti superviżorji b’rabta ma’ pjanijiet ta’ rkupru, u intervent bikri meta istituzzjoni ta’ kreditu jew grupp fejn il-BĊE jkun is-superviżur ta’ konsolidazzjoni, ma jissodisfawx jew x’aktarx ser jiksru r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli u, biss fil-każijiet stipulati b’mod espliċitu mil-liġi rilevanti tal-Unjoni għall-awtoritajiet kompetenti, bidliet strutturali meħtieġa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiġi prevenut stress finanzjarju jew falliment, eskluża kull setgħa ta’ riżoluzzjoni.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|