+Artikolu 4 Kompiti kkonferiti lill-BĊE IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3

Artikolu 4 Kompiti kkonferiti lill-BĊE IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Fil-qafas tal-Artikolu 6, il-BĊE għandu, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ikun esklussivament kompetenti biex iwettaq, għal finijiet superviżorji prudenzjali, il-kompiti li ġejjin b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti:

(a)

jawtorizza lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jirtira l-awtorizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġett għal-Artikolu 14;

(b)

għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, li jixtiequ jistabbilixxu fergħa jew jipprovdu servizzi transkonfinali fi Stat Membru mhux parteċipanti, biex iwettqu l-kompiti li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkollha skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni;

(c)

jivvaluta n-notifiki ta’ akkwist u d-disponiment ta’ holdings kwalifikanti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, ħlief fil-każ ta’ riżoluzzjoni bankarja, u soġġett għal-Artikolu 15;

(d)

jiżgura l-konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3), li jimponu rekwiżiti prudenzjali fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-oqsma ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji, titolizzazzjoni, limiti ta’ skoperturi kbar, likwidità, ingranaġġ, u rapportar u divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni dwar dawk il-kwistjonijiet;

(e)

jiżgura l-konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3), li jimponi rekwiżiti fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jimplimentaw arranġamenti, inkluż ir-rekwiżiti kompetenti u xierqa għall-persuni responsabbli mill-ġestjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, proċessi għall-ġestjoni tar-riskji, mekkaniżmi interni ta’ kontroll, politiki u prattiki dwar remunerazzjoni sodi ta’ governanza u proċessi effikaċi ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern, inklużi mudelli Bbażati fuq Klassifikazzjonijiet Interni;

(f)

iwettaq rieżami superviżorju, inkluż fejn adatt f’koordinazzjoni mal-ABE, stress tests u l-pubblikazzjoni possibbli tagħhom sabiex jiddetermina jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fondi proprji miżmuma minn dawn l-istituzzjonijiet jiżgurawx ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom, u abbażi ta’ dak l-eżami superviżorju biex jimponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu rekwiżiti speċifiċi addizzjonali ta’ fondi proprji, rekwiżiti speċifiċi ta’ pubblikazzjoni, rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità u miżuri oħra fil-każijiet disponibbli speċifikament għall-awtoritajiet kompetenti permezz tal-liġi rilevanti tal-Unjoni;

(g)

iwettaq superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-kumpaniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’wieħed mill-Istati Membri parteċipanti, inkluż ta’ kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta, u biex jipparteċipa fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, inkluż f’kulleġġi ta’ superviżuri mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f’dawk il-kulleġġi bħala osservaturi, b’rabta mal-kumpaniji prinċipali mhux stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri parteċipanti;

(h)

jipparteċipa f’superviżjoni supplementari ta’ konglomerat finanzjarju b’rabta ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fih u jassumi l-kompiti ta’ koordinatur meta l-BĊE jinħatar bħala l-koordinatur għal konglomerat finanzjarju skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni;

(i)

iwettaq kompiti superviżorji b’rabta ma’ pjanijiet ta’ rkupru, u intervent bikri meta istituzzjoni ta’ kreditu jew grupp fejn il-BĊE jkun is-superviżur ta’ konsolidazzjoni, ma jissodisfawx jew x’aktarx ser jiksru r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli u, biss fil-każijiet stipulati b’mod espliċitu mil-liġi rilevanti tal-Unjoni għall-awtoritajiet kompetenti, bidliet strutturali meħtieġa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiġi prevenut stress finanzjarju jew falliment, eskluża kull setgħa ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 4 2

2.   Għal istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti, li jistabbilixxu fergħa jew li jipprovdu servizzi transkonfinali fi Stat Membru parteċipanti, il-BĊE għandu jwettaq, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-kompiti li għalihom l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali huma kompetenti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 4 3

3.   Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, u bl-objettiv li jiġu żgurati standards għoljin ta’ superviżjoni, il-BĊE għandu japplika l-liġi rilevanti kollha tal-Unjoni, u fejn din il-liġi tal-Unjoni hija magħmula minn Direttivi, il-leġislazjzoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi. Fejn il-liġi rilevanti tal-Unjoni tkun magħmula minn Regolamenti u fejn attwalment dawk ir-Regolamenti jagħtu opzjonijiet lill-Istati Membri, il-BĊE għandu japplika wkoll il-leġislazzjoni nazzjonali waqt li jeżerċita dawk l-opzjonijiet.

Għal dak il-għan, il-BĊE għandu jadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet, u jieħu deċiżjonijiet soġġett għal u f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u b’mod partikolari kwalunkwe att leġislattiv u mhux leġislattiv, inklużi dawk imsemmija fl-Artikoli 290 u 291 TFUE. Hu għandu b’mod partikolari jkun soġġett għal standards tekniċi regolatorji u implimentattivi vinkolanti żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għall-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament, u għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament dwar il-manwal superviżorju Ewropew żviluppat mill-ABE skont dak ir-Regolament. Il-BĊE jista’ jadotta wkoll Regolamenti sal-punt neċessarju biss li jiġu organizzati jew speċifikati l-arranġamenti għat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu minn dan ir-Regolament.

Qabel ma jadotta regolament, il-BĊE għandu jwettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u janalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tar-regolamenti kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tas-suġġett, f’liema każ il-BĊE għandu jiġġustifika dik l-urġenza.

Fejn neċessarju, il-BĊE għandu jikkontrbiwixxi fi kwalunkwe rwol parteċipanti għall-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni mill-ABE skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew għandu jiġbed l-attenzjoni tal-ABE għal ħtieġa potenzjali biex tibgħat lill-Kummissjoni abbozz ta’ standards li jemendaw l-istandards tekniċi regolatorji jew ta’ implimentazzjoni eżistenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.