+Artikolu 7 2
|
Artikolu 7 2
2. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandha tiġi stabbilita, b’deċiżjoni adottata mill-BĊE, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-ABE bit-talba li jidħlu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE b’rabta mal-eżerċitar tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 4 u 5 fir-rigward tal-istituzzjonijiet kollha ta’ kreditu stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 6;
|
|
(b)
|
fin-notifika, l-Istat Membru kkonċernat jintrabat:
|
—
|
li jiżgura li l-awtorità nazzjonali kompetenti jew l-awtorità nazzjonali speċifikata tiegħu ser tirrispetta kwalunkwe linja gwida jew talba maħruġa mill-BĊE, u
|
|
—
|
li jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti f’dak l-Istat Membru li l-BĊE jista’ jeħtieġ għall-fini tat-twettiq ta’ valutazzjoni komprensiva ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;
|
|
|
(c)
|
l-Istat Membru kkonċernat adotta leġislazzjoni nazzjonali rilevanti biex jiżgura li l-awtorità nazzjonali kompetenti ser tkun obbligata tadotta kwalunkwe miżura b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mitluba mill-BĊE, skont il-paragrafu 4.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|