+Artikolu 7 Kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-Euro
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6
---+Artikolu 7 7
---+Artikolu 7 8
---+Artikolu 7 9

Artikolu 7 Kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-Euro

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti fl-oqsma msemmija fl-Artikoli 4(1), 4(2) u 5 b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro, fejn ġiet stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ tali Stat Membru skont dan l-Artikolu.

Għal dak il-għan, il-BĊE jista’ jindirizza struzzjonijiet lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro.

Artikolu 7 2

2.   Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandha tiġi stabbilita, b’deċiżjoni adottata mill-BĊE, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-ABE bit-talba li jidħlu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE b’rabta mal-eżerċitar tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 4 u 5 fir-rigward tal-istituzzjonijiet kollha ta’ kreditu stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 6;

(b)

fin-notifika, l-Istat Membru kkonċernat jintrabat:

—

li jiżgura li l-awtorità nazzjonali kompetenti jew l-awtorità nazzjonali speċifikata tiegħu ser tirrispetta kwalunkwe linja gwida jew talba maħruġa mill-BĊE, u

—

li jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti f’dak l-Istat Membru li l-BĊE jista’ jeħtieġ għall-fini tat-twettiq ta’ valutazzjoni komprensiva ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(c)

l-Istat Membru kkonċernat adotta leġislazzjoni nazzjonali rilevanti biex jiżgura li l-awtorità nazzjonali kompetenti ser tkun obbligata tadotta kwalunkwe miżura b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mitluba mill-BĊE, skont il-paragrafu 4.

Artikolu 7 3

3.   Id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-Deċiżjoni għandha tapplika 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha.

Artikolu 7 4

4.   Meta l-BĊE jqis li miżura relatata mal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi adottata mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat b’rabta ma’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta, hu għandu jindirizza l-istruzzjonijiet lil dik l-awtorità, fejn jispeċifika skeda ta’ żmien rilevanti.

Dik l-iskeda ma għandhiex tkun inqas minn 48 siegħa sakemm adozzjoni aktar bikrija ma tkunx indispensabbli biex tiġi evitata ħsara irreparabbli. L-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-obbligu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

Artikolu 7 5

5.   Il-BĊE għandu jiddeċiedi li joħroġ twissija lill-Istat Membru kkonċernat li l-kooperazzjoni mill-qrib ser tiġi sospiża jew tintemm jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni korrettiva deċiżiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta, fl-opinjoni tal-BĊE, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati mill-Istat Membru kkonċernat; jew

(b)

meta, fl-opinjoni tal-BĊE, l-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat ma taġixxix f’konformità mal-obbligu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

Jekk tali azzjoni ma tkunx ittieħdet sa 15-il jum wara n-notifika ta’ tali twissija, il-BĊE jista’ jissospendi jew jittermina l-kooperazzjoni mill-qrib ma’ dak l-Istat Membru.

Id-deċiżjoni li tiġi sospiża jew terminata l-kooperazzjoni mill-qrib għandha tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni għandha tindika d-data minn meta tibda tapplika, filwaqt li jitqiesu b’mod debitu l-effikaċja superviżorja u l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Artikolu 7 6

6.   L-Istat Membru jista’ jitlob lill-BĊE biex jittermina l-kooperazzjoni mill-qrib fi kwalunkwe ħin wara l-iskadenza tat-tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni adottata mill-BĊE għall-istabbiliment ta’ kooperazzjoni mill-qrib. It-talba għandha tispjega r-raġunijiet għat-terminazzjoni, inkluż, meta rilevanti, konsegwenzi negattivi sinifikanti potenzjali fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru. F’dan il-każ, il-BĊE għandu immedjatament jipproċedi bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni li ttemm il-kooperazzjoni mill-qrib u għandu jindika d-data minn meta tapplika f’perijodu massimu ta’ tliet xhur, b’konsiderazzjoni debita tal-effikaċja superviżorja u l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7 7

7.   Jekk Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jinnotifika lill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 26(8) tan-nuqqas ta’ qbil raġunat tiegħu bl-oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, il-Kunsill Governattiv għandu, f’perijodu ta’ 30 jum, jagħti l-opinjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ qbil raġunat espress mill-Istat Membru u, filwaqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu biex isir dan, jikkonferma jew jirtira l-oġġezzjoni tiegħu.

Fil-każ li l-Kunsill Governattiv jikkonferma l-oġġezzjoni tiegħu, l-Istat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jista’ jinnotifika lill-BĊE li huwa mhux ser jintrabat mid-deċiżjoni potenzjali relatata ma’ abbozz emendat ta’ deċiżjoni possibbli mill-Bord Superviżorju.

Il-BĊE għandu mbagħad jikkunsidra s-sospensjoni jew it-terminazzjoni possibbli tal-kooperazzjoni mill-qrib ma’ dak l-Istat Membru, b’konsiderazzjoni dovuta tal-effettività superviżorja u jieħu deċiżjoni f’dak ir-rigward.

Il-BĊE għandu jieħu kont, b’mod partikolari, tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk in-nuqqas ta’ tali sospensjoni jew terminazzjoni jistax jhedded l-integrità tal-MSU jew ikollux konsegwenzi negattivi sinifikanti fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri;

(b)

jekk tali sospensjoni jew terminazzjoni jistax ikollha konsegwenzi negattivi sinifikanti fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali fl-Istat Membru li jkun ta notifika dwar nuqqas ta’ qbil motivat f’konformità mal-Artikolu 26(8);

(c)

jekk huwiex sodisfatt jew le li l-awtorità nazzjonali kompetenti adottatx miżuri li, fl-opinjoni tal-BĊE:

—

jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li nnotifikaw in-nuqqas ta’ qbil motivat tagħhom skont is-subparagrafu preċedenti ma jkunux soġġetti għal trattament aktar favorevoli minn istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri parteċipanti oħra;

—

huma effettivi daqs id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fil-kisba tal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 1 u fl-iżgurar tal-konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni.

Il-BĊE għandu jinkludi dawn il-konsiderazzjonijiet fid-deċiżjoni tiegħu u jikkomunikahom lill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 7 8

8.   Jekk Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma jaqbilx ma’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, huwa għandu jgħarraf lill-Kunsill Governattiv bin-nuqqas ta’ qbil raġunat tiegħu fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni. Il-Kunsill Governattiv għandu mbagħad jiddeċiedi dwar il-kwistjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, filwaqt li jqis dawk ir-raġunijiet bis-sħiħ, u jispjega bil-miktub id-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lill-BĊE li jtemm il-kooperazzjoni mill-qrib b’effett immedjat u ma jkunx marbut bid-deċiżjoni li ssir.

Artikolu 7 9

9.   Stat Membru li jkun ittermina l-kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE ma jistax jidħol għal kooperazzjoni mill-qrib ġdida qabel ma jiskadu tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni tal-BĊE li tittermina l-kooperazzjoni mill-qrib.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.