6. L-Istat Membru jista’ jitlob lill-BĊE biex jittermina l-kooperazzjoni mill-qrib fi kwalunkwe ħin wara l-iskadenza tat-tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni adottata mill-BĊE għall-istabbiliment ta’ kooperazzjoni mill-qrib. It-talba għandha tispjega r-raġunijiet għat-terminazzjoni, inkluż, meta rilevanti, konsegwenzi negattivi sinifikanti potenzjali fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru. F’dan il-każ, il-BĊE għandu immedjatament jipproċedi bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni li ttemm il-kooperazzjoni mill-qrib u għandu jindika d-data minn meta tapplika f’perijodu massimu ta’ tliet xhur, b’konsiderazzjoni debita tal-effikaċja superviżorja u l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.