1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 9(1), u soġġett għall-kundizzjonijiet li jinsabu fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’ jesiġi li l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin, soġġett għall-Artikolu 4, jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati għall-finijiet superviżorji u ta’ statistika relatati:
|
(a)
|
istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;
|
|
(b)
|
kumpaniji holding finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;
|
|
(c)
|
kumpaniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;
|
|
(d)
|
kumpaniji holding finanzjarji b’attività mħallta stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;
|
|
(e)
|
persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d);
|
|
(f)
|
partijiet terzi li lilhom l-entitajiet msemmija fil-punti (a) sa (d) ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet.
|