+Artikolu 10 Talba għal informazzjoni
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3

Artikolu 10 Talba għal informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 9(1), u soġġett għall-kundizzjonijiet li jinsabu fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’ jesiġi li l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin, soġġett għall-Artikolu 4, jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati għall-finijiet superviżorji u ta’ statistika relatati:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(b)

kumpaniji holding finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(c)

kumpaniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(d)

kumpaniji holding finanzjarji b’attività mħallta stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(e)

persuni li jappartjenu għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d);

(f)

partijiet terzi li lilhom l-entitajiet msemmija fil-punti (a) sa (d) ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet.

Artikolu 10 2

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Id-dispożizzjonijiet ta’ segretezza professjonali ma jeżentawx lil dawk il-persuni mid-dmir li jagħtu dik l-informazzjoni. Il-forniment ta’ dik l-informazzjoni ma għandux jitqies bħala ksur tas-segretezza professjonali.

Artikolu 10 3

3.   Meta l-BĊE jikseb l-informazzjoni direttament mill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 hu għandu jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.