+Artikolu 18 Penali amministrattivi
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6
---+Artikolu 18 7

Artikolu 18 Penali amministrattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji, jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta, b’mod intenzjonali jew, b’negliġenza, jiksru rekwiżit skont atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom għandu jkun hemm disponibbli penali pekunjarji amministrattivi għall-awtoritajiet kompetenti skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji sa darbtejn l-ammont tal-profitt miksub jew it-telf evitat minħabba ksur meta dawn jistgħu jiġu ddeterminati, jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali, kif definit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, ta’ persuna ġuridika fis-sena ta’ negozju preċedenti jew tali penali pekunarji oħrajn kif jista’ jiġi previst fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 18 2

2.   Meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża parent, il-fatturat annwali totali rilevanti msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kont ikkonsolidat tal-impriża parent aħħarija fis-sena ta’ negozju preċedenti.

Artikolu 18 3

3.   Il-penali applikati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Meta jiġi biex jiddetermina jekk jimponix penali u biex jiddetermina l-penali x-xierqa, il-BĊE għandu jaġixxi skont l-Artikolu 9(2).

Artikolu 18 4

4.   Il-BĊE għandu japplika dan l-Artikolu f’konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-proċeduri li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98, kif adatt.

Artikolu 18 5

5.   F’każijiet mhux koperti bil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE jista’ jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jibdew proċedimenti bil-ħsieb li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li jiġu imposti penali adegwati skont l-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u kwalunkwe leġislazzjoni nazzjonali rilevanti li tagħti setgħat speċifiċi li attwalment mhumiex meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni. Il-penali applikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun applikabbli b’mod partikolari għall-penali pekunarji li għandhom jiġu imposti fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding mħallta għal ksur tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi rilevanti tal-UE, u għal kwalunkwe penali jew miżura amministrattiva li għandha tiġi imposta fuq membri tal-bord maniġerjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta jew kwalunkwe individwu ieħor li skont id-dritt nazzjonali jkun responsabbli għal ksur minn istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta.

Artikolu 18 6

6.   Il-BĊE għandu jippubblika kwalunkwe penali msemmija fil-paragrafu 1, jekk tkunx ġiet appellata jew le, fil-każijiet ta’ u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 18 7

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 6, għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, f’każ ta’ ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.