5. F’każijiet mhux koperti bil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE jista’ jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jibdew proċedimenti bil-ħsieb li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li jiġu imposti penali adegwati skont l-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u kwalunkwe leġislazzjoni nazzjonali rilevanti li tagħti setgħat speċifiċi li attwalment mhumiex meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni. Il-penali applikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun applikabbli b’mod partikolari għall-penali pekunarji li għandhom jiġu imposti fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding mħallta għal ksur tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi rilevanti tal-UE, u għal kwalunkwe penali jew miżura amministrattiva li għandha tiġi imposta fuq membri tal-bord maniġerjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta jew kwalunkwe individwu ieħor li skont id-dritt nazzjonali jkun responsabbli għal ksur minn istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta.