+Artikolu 20 Obbligu ta’ rendikont u rappurtar
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5
---+Artikolu 20 6
---+Artikolu 20 7
---+Artikolu 20 8
---+Artikolu 20 9

Artikolu 20 Obbligu ta’ rendikont u rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1

1.   Il-BĊE għandu jagħti rendikont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bi qbil ma’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 20 2

2.   Il-BĊE għandu fuq bażi annwali jissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro, rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferit lilu b’dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar l-evoluzzjoni prevista tal-istruttura u l-ammont tat-tariffi superviżorji msemmijin fl-Artikolu 30.

Artikolu 20 3

3.   Il-President tal-Bord Supeviżorju tal-BĊE għandu jippreżenta dak ir-rapport fil-pubbliku lill-Parlament Ewropew, u lill-Grupp tal-euro fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn kwalunkwe Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhix l-euro.

Artikolu 20 4

4.   Il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE jista’, fuq talba tal-Grupp tal-euro, jinstema’ fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu mill-Grupp tal-euro fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn kwalunkwe Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro.

Artikolu 20 5

5.   Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Bord Supeviżorju tal-BĊE għandu jipparteċipa fi smigħ fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 20 6

6.   Il-BĊE għandu jwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal mistoqsijiet li jsirulu mill-Parlament Ewropew, jew mill-Grupp tal-euro, skont il-proċeduri tiegħu stess u fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn kwalunkwe Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro.

Artikolu 20 7

7.   Meta l-Qorti Ewropea tal-Awdituri teżamina l-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 27.2. tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE, hija għandha tieħu kont ukoll tal-kompiti superviżorji mogħtijin lill-BĊE minn dan ir-Regolament.

Artikolu 20 8

8.   Fuq talba l-President tal-Bord ta’ Superviżjoni tal-BĊE għandu jkollu diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-privat mal-President u l-Viċi Presidenti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar il-kompiti superviżorji tiegħu fejn tali diskussjonijiet ikunu meħtieġa biex il-Parlament Ewropew ikun jista’ jeżerċita s-setgħat tiegħu skont it-TFUE. Għandu jiġi konkluż qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar l-arranġamenti dettaljati ta’ organizzazzjoni ta’ tali diskussjonijiet, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità sħiħa skont l-obbligi ta’ kunfidenzjalità imposti fuq il-BĊE bħala awtorità kompetenti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 20 9

9.   Il-BĊE għandu jikkoopera b’mod sinċier ma’ kwalunkwe investigazzjoni mill-Parlament Ewropew, soġġetta għat-TFUE. Il-BĊE u l-Parlament Ewropew għandhom jikkonkludu arranġamenti adatti dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika u s-sorveljanza fuq l-eżerċitar tal-kompiti mogħtijin lill-BĊE b’dan ir-Regolament. Dawk l-arranġamenti għandhom ikopru, inter alia, l-aċċess għall-informazzjoni, il-kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet u l-informazzjoni dwar il-proċedura ta’ għażla tal-President tal-Bord Supeviżorju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.