Artikolu 23
Il-BĊE għandu jiżgura li jiġu implimentati mekkaniżmi effikaċi għar-rappurtar ta’ ksur mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta jew awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri parteċipanti tal-atti legali msemmijin fl-Artikolu 4(3), inklużi proċeduri speċifiċi biex jirċievi rapporti ta’ ksur u biex isegwihom. Tali proċeduri għandhom ikunu konsistenti mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni u jiżguraw li l-prinċipji li ġejjin jiġu applikati: bil-protezzjoni xierqa għal min jirrapporta ksur, bil-protezzjoni tad-data personali u bil-protezzjoni xierqa għall-akkużat.