2. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għal, u b’mod separat mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhom la jinterferixxu ma’, lanqas jiġu determinati mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja. Barra minn hekk, il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhomx jinterferixxu mal-kompiti tiegħu relatati mal-BERS u ma’ kwalunkwe kompitu ieħor. Il-BĊE għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif ikun ikkonforma ma’ din id-dispożizzjoni. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhomx ibiddlu l-monitoraġġ kontinwu tas-solvenza tal-kontropartijiet tal-politika monetarja tiegħu.
Il-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament għandu jkun, mil-lat organizzattiv, separat minn, u soġġett għal linji ta’ rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq ta’ kompiti oħrajn ikkonferiti lill-BĊE.