+Artikolu 25 Separazzjoni mill-funzjoni ta’ politika monetarja
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5

Artikolu 25 Separazzjoni mill-funzjoni ta’ politika monetarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   Meta jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jfittex li jilħaq biss l-objettivi stabbiliti b’dan ir-Regolament.

Artikolu 25 2

2.   Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għal, u b’mod separat mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhom la jinterferixxu ma’, lanqas jiġu determinati mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja. Barra minn hekk, il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhomx jinterferixxu mal-kompiti tiegħu relatati mal-BERS u ma’ kwalunkwe kompitu ieħor. Il-BĊE għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif ikun ikkonforma ma’ din id-dispożizzjoni. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament m’għandhomx ibiddlu l-monitoraġġ kontinwu tas-solvenza tal-kontropartijiet tal-politika monetarja tiegħu.

Il-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament għandu jkun, mil-lat organizzattiv, separat minn, u soġġett għal linji ta’ rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq ta’ kompiti oħrajn ikkonferiti lill-BĊE.

Artikolu 25 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-BĊE għandu jadotta u jagħmel pubblika kwalunkwe regola interna neċessarja, inklużi regoli rigward is-segretezza professjonali u skambji ta’ informazzjoni bejn iż-żewġ oqsma funzjonali.

Artikolu 25 4

4.   Il-BĊE għandu jiżgura li l-operazzjoni tal-Kunsill Governattiv tkun kompletament differenzjata fir-rigward tal-funzjonijiet monetarji u superviżorji. Tali differenzjazzjoni għandha tinkludi laqgħat u aġendi strettament separati.

Artikolu 25 5

5.   Bil-għan li tkun żgurata s-separazzjoni bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji, il-BĊE għandu joħloq panel ta’ medjazzjoni. Dan il-panel għandu jirriżolvi d-differenzi ta’ fehmiet espressi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti konċernati rigward oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta’ deċiżjoni mill-Bord Superviżorju. Dan il-panel għandu jinkludi membru wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti, lli jintgħażel minn kull Stat Membru parteċipanti fost il-membri tal-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju, u għandu jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza sempliċi, fejn kull membru jkollu vot wieħed. Il-BĊE għandu jadotta u jagħmel pubbliku regolament li jistabbilixxi tali panel ta’ medjazzjoni u r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.