5. Bil-għan li tkun żgurata s-separazzjoni bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji, il-BĊE għandu joħloq panel ta’ medjazzjoni. Dan il-panel għandu jirriżolvi d-differenzi ta’ fehmiet espressi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti konċernati rigward oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta’ deċiżjoni mill-Bord Superviżorju. Dan il-panel għandu jinkludi membru wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti, lli jintgħażel minn kull Stat Membru parteċipanti fost il-membri tal-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju, u għandu jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza sempliċi, fejn kull membru jkollu vot wieħed. Il-BĊE għandu jadotta u jagħmel pubbliku regolament li jistabbilixxi tali panel ta’ medjazzjoni u r-regoli ta’ proċedura tiegħu.