4. Jekk il-President tal-Bord Siperviżorju ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu jew jekk jinstab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, wara proposta mill-BĊE, li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex il-President jitneħħa mill-mandat. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membri tal-Kunsill li mhumiex Stati Membri parteċipanti.
Wara l-irtirar obbligatorju tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju bħala membru tal-Bord Eżekuttiv, iddikjarat skont l-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE, il-Kunsill jista’, wara proposta mill-BĊE, li tkun ġiet approvata mill-Parlament, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex il-Viċi President jitneħħa mill-kariga. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membri tal-Kunsill li mhumiex Stati Membri parteċipanti.
Għal dawk il-finijiet il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jinforma lill-BĊE li huma jqisu li l-kondizzjonijiet għat-tneħħija tal-President jew tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju mill-kariga huma sodisfatti, u l-BĊE għandu jwieġeb għal dan.