+Artikolu 26 Bord superviżorju
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
---+Artikolu 26 5
---+Artikolu 26 6
---+Artikolu 26 7
---+Artikolu 26 8
---+Artikolu 26 9
---+Artikolu 26 10
---+Artikolu 26 11
---+Artikolu 26 12

Artikolu 26 Bord superviżorju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1

1.   L-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE għandhom jitwettqu bis-sħiħ minn korp intern magħmul mill-President u l-Viċi President tiegħu, maħturin skont il-paragrafu 3 u erba’ rappreżentanti tal-BĊE, maħturin skont il-paragrafu 5, u rappreżentant wieħed tal-awtorità kompetenti nazzjonali f’kull Stat Membru parteċipanti (“Bord Superviżorju”). Il-membri kollha tal-Bord Superviżorju għandhom jaġixxu fl-interess tal-Unjoni inġenerali.

Fejn l-awtorità kompetenti mhijiex bank ċentrali, il-membru tal-Bord Superviżorju msemmi f’dan il-paragrafu jista’ jiddeċiedi li jġib rappreżentant mill-bank ċentrali tal-Istat Membru. Għall-finijiet tal-proċedura tal-votazzjoni speċifikata fil-paragrafu 6, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri għandhom flimkien jitqiesu bħala membru wieħed.

Artikolu 26 2

2.   Il-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki.

Artikolu 26 3

3.   Wara s-smigħ tal-Bord Superviżorju, il-BĊE għandu jibgħat proposta għall-ħatra tal-President u l-Viċi President lill-Parlament Ewropew għal approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta’ din il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jaħtar lill-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju. Il-President għandu jintgħażel abbażi ta’ proċedura ta’ għażla miftuħa, li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinżammu debitament informati dwarha, minn fost individwi ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u ta’ esperjenza f’materji bankarji u finanzjarji u li mhumiex membri tal-Kunsill Governattiv. Il-Viċi President tal-Bord Superviżorju għandu jintgħażel minn fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membri tal-Kunsill li mhumiex Stati Membri parteċipanti.

Ladarba jinħatar, il-President għandu jkun professjonista full-time u m’għandu jkollu l-ebda kariga ma’ awtoritajiet kompetenti nazzjonali. It-terminu tal-kariga għandu jkun għal ħames snin u m’għandux ikun jista’ jiġġedded.

Artikolu 26 4

4.   Jekk il-President tal-Bord Siperviżorju ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu jew jekk jinstab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, wara proposta mill-BĊE, li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex il-President jitneħħa mill-mandat. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membri tal-Kunsill li mhumiex Stati Membri parteċipanti.

Wara l-irtirar obbligatorju tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju bħala membru tal-Bord Eżekuttiv, iddikjarat skont l-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE, il-Kunsill jista’, wara proposta mill-BĊE, li tkun ġiet approvata mill-Parlament, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex il-Viċi President jitneħħa mill-kariga. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membri tal-Kunsill li mhumiex Stati Membri parteċipanti.

Għal dawk il-finijiet il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jinforma lill-BĊE li huma jqisu li l-kondizzjonijiet għat-tneħħija tal-President jew tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju mill-kariga huma sodisfatti, u l-BĊE għandu jwieġeb għal dan.

Artikolu 26 5

5.   L-erba’ rappreżentanti tal-BĊE maħturin mill-Kunsill Governattiv ma għandhomx iwettqu doveri relatati direttament mal-funzjoni monterarja tal-BĊE. Ir-rappreżentanti kollha tal-BĊE għandu jkollhom drittijiet ta’ vot.

Artikolu 26 6

6.   Id-deċiżjonijiet tal-Bord Superviżorju għandhom jittieħdu permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. F’każ ta’ parità, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv

Artikolu 26 7

7.   B’deroga mill-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Superviżorju għandu jieħu deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-regolamenti skont l-Artikolu 4(3), fuq il-bażi ta’ maġġioranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-TUE fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji mehmuż mat-TUE u t-TFUE, għall-membri li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru parteċipanti. Kull wieħed mill-erba’ rappreżentanti tal-BĊE maħturin mill-Kunsill Governattiv għandu jkollu vot ugwali għall-vot medjan tal-membri l-oħrajn.

Artikolu 26 8

8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, il-Bord Superviżorju għandu jwettaq ħidma preparatorja rigward il-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE u jipproponi lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE abbozzi ta’ deċiżjonijiet kompleti li għandhom jiġu adottati minn dan tal-aħħar, skont proċedura li trid tiġi stabbilita mill-BĊE. L-abbozz ta’ deċiżjonijiet ser jiġi trasmess fl-istess ħin lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. Abbozz ta’ deċiżjoni għandu jitqies bħala adottat sakemm il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax f’perijodu li għandu jiġu ddefinit mill-proċedura msemmija hawn fuq iżda li tkunx aktar minn perijodu massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol. Madankollu, jekk Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma jaqbilx ma’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(8). F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-perijodu msemmi hawn fuq ma għandux ikun ta’ aktar minn 48 siegħa. Jekk il-Kunsill Governattiv joġġezzjona għal abbozz ta’ deċiżjoni, huwa għandu jagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub, b’mod partikolari billi jiddikjara l-interessi tal-politika monetarja. Jekk deċiżjoni tinbidel wara oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv, Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jista’ jinnotifika lill-BĊE bin-nuqqas ta’ qbil raġonat tiegħu dwar l-oġġezzjoni u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(7).

Artikolu 26 9

9.   Għandu jkun hemm segretarjat li jappoġġa l-attivitajiet tal-Bord Superviżorju, inkluż it-tħejjija tal-laqghat, fuq bażi full-time.

Artikolu 26 10

10.   Il-Bord Superviżorju, li jivvota skont ir-regola stabbilita fil-paragrafu 6, għandu jistabbilixxi kumitat ta’ tmexxija minn fost il-membri tiegħu b’kompożizzjoni iktar limitata biex jappoġġa l-attivitajiet tiegħu, inkluż it-tħejjija tal-laqgħat.

Il-kumitat ta’ tmexxija tal-Bord Superviżorju m’għandux ikollu setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jkun ippresedut mill-President jew, fin-nuqqas eċċezzjonali tal-President, mill-Viċi President tal-Bord Superviżorju. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ tmexxija għandha tiżgura bilanċ u rotazzjoni ġusti bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Huwa għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn għaxar membri inkluż il-President, il-Viċi President u rappreżentant addizzjonali wieħed mill-BĊE. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jeżegwixxi l-kompiti preparatorji tiegħu fl-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali u għandu jaħdem fi trasparenza sħiħa mal-Bord Superviżorju.

Artikolu 26 11

11.   Rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jipparteċipa bħala osservatur, meta jkun mistieden, fil-laqgħat tal-Bord Superviżorju. L-osservaturi ma għandux ikollhom aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali rigward istituzzjonijiet individwali.

Artikolu 26 12

12.   Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta regoli interni li jistabbilixxu fid-dettall ir-relazzjoni tiegħu mal-Bord Superviżorju. Il-Bord Superviżorju għandu wkoll jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, filwaqt li jivvota skont ir-regola stabbilita fil-paragrafu 6. Iż-żewġ settijiet ta’ regoli għandhom jiġu pubblikati. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord Superviżorju għandhom jiżguraw it-trattament ugwali tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.