7. B’deroga mill-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Superviżorju għandu jieħu deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-regolamenti skont l-Artikolu 4(3), fuq il-bażi ta’ maġġioranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-TUE fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji mehmuż mat-TUE u t-TFUE, għall-membri li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru parteċipanti. Kull wieħed mill-erba’ rappreżentanti tal-BĊE maħturin mill-Kunsill Governattiv għandu jkollu vot ugwali għall-vot medjan tal-membri l-oħrajn.