10. Il-Bord Superviżorju, li jivvota skont ir-regola stabbilita fil-paragrafu 6, għandu jistabbilixxi kumitat ta’ tmexxija minn fost il-membri tiegħu b’kompożizzjoni iktar limitata biex jappoġġa l-attivitajiet tiegħu, inkluż it-tħejjija tal-laqgħat.
Il-kumitat ta’ tmexxija tal-Bord Superviżorju m’għandux ikollu setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jkun ippresedut mill-President jew, fin-nuqqas eċċezzjonali tal-President, mill-Viċi President tal-Bord Superviżorju. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ tmexxija għandha tiżgura bilanċ u rotazzjoni ġusti bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Huwa għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn għaxar membri inkluż il-President, il-Viċi President u rappreżentant addizzjonali wieħed mill-BĊE. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jeżegwixxi l-kompiti preparatorji tiegħu fl-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali u għandu jaħdem fi trasparenza sħiħa mal-Bord Superviżorju.