3. It-tariffi għandhom jiġu kkalkolati fl-ogħla livell tal-konsolidazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti, u għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi relatati mal-importanza u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, inkluż l-assi tagħħa ppreżati skont ir-riskju.
Il-bażi għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali għal sena kalendarja speċifika għandha tkun in-nefqa relatata mas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet u l-fergħat ta’ kreditu f’dik is-sena. Il-BĊE jista’ jeħtieġ pagamenti bil-quddiem fir-rigward tat-tariffa għas-superviżjoni annwali li għandha tkun ibbażata fuq estimu raġonevoli. Il-BĊE għandu jikkomunika mal-awtorità nazzjonali kompetenti qabel jiddeċiedi dwar il-livell tat-tariffa finali sabiex ikun żgurat li s-superviżjoni tibqa’ kosteffettiva u raġonevoli għall-istituzzjonijiet u l-fergħat kollha ta’ kreditu kkonċernati. Il-BĊE għandu jikkomunika l-bażi għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat.