+Artikolu 30 Tariffi għas-superviżjoni
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5

Artikolu 30 Tariffi għas-superviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1

1.   Il-BĊE għandu jimponi tariffa superviżorja annwali għas-superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u l-fergħat stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti. It-tariffi għandhom ikopri n-nefqa mġarrba mill-BĊE fir-rigward tal-kompiti mogħtijin lilu skont l-Artikoli 4 sa 6 ta’ dan ir-Regolament Dawn it-tariffi m’għandhomx jaqbżu n-nefqa relatata ma’ dawn il-kompiti.

Artikolu 30 2

2.   L-ammont tat-tariffa imposta fuq istituzzjoni jew fergħa ta’ kreditu għandu jkun ikkalkolat, skont l-arranġamenti stabbiliti, u ppubblikat minn qabel, mill-BĊE.

Qabel ma jistabbilixxi dawn l-arranġamenti, il-BĊE għandu jwettaq konsultazzjonijiet pubbliċi u janalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati potenzjali, u jippubblika r-riżultati tat-tnejn li huma.

Artikolu 30 3

3.   It-tariffi għandhom jiġu kkalkolati fl-ogħla livell tal-konsolidazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti, u għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi relatati mal-importanza u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, inkluż l-assi tagħħa ppreżati skont ir-riskju.

Il-bażi għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali għal sena kalendarja speċifika għandha tkun in-nefqa relatata mas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet u l-fergħat ta’ kreditu f’dik is-sena. Il-BĊE jista’ jeħtieġ pagamenti bil-quddiem fir-rigward tat-tariffa għas-superviżjoni annwali li għandha tkun ibbażata fuq estimu raġonevoli. Il-BĊE għandu jikkomunika mal-awtorità nazzjonali kompetenti qabel jiddeċiedi dwar il-livell tat-tariffa finali sabiex ikun żgurat li s-superviżjoni tibqa’ kosteffettiva u raġonevoli għall-istituzzjonijiet u l-fergħat kollha ta’ kreditu kkonċernati. Il-BĊE għandu jikkomunika l-bażi għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat.

Artikolu 30 4

4.   Il-BĊE għandu jirrapporta skont l-Artikolu 20.

Artikolu 30 5

5.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jimponu tariffi skont id-dritt nazzjonali u, sal-punt li ma jkunx ġew konferiti kompiti superviżorji lill-BĊE, jew fir-rigward tal-ispejjeż tal-kooperazzjoni ma’ u l-assistenza lill-BĊE u waqt li jaġixxu skont l-istruzzjonijiet tiegħu, skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u soġġett għall-arranġamenti magħmula għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-Artikoli 6 u 12 tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.