3. Il-BĊE għandu jistabbilixxi u jżomm proċeduri komprensivi u formali inklużi proċeduri etiċi u perijodi proporzjonati biex jivvaluta minn qabel u jipprevjeni konflitti ta’ interess possibbli li jirriżultaw mill-impjieg sussegwenti fi żmien sentejn tal-membri tal-Bord Superviżorju u l-membri tal-persunal tal-BĊE involuti f’attivitajiet superviżorji, u għandu jipprevedi żvelar adatt soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
Dawk il-proċeduri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti. Għall-membri tal-Bord Superviżorju li huma rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, dawk il-proċeduri għandhom jiġu stabbiliti u implimentati b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli.
Għall-membri tal-persunal tal-BĊE involuti f’attivitajiet superviżorji, dawk il-proċeduri għandhom jiddeterminaw kategoriji tal-pożizzjonijiet li għalihom tapplika tali valutazzjoni, kif ukoll perijodi li huma proporzjonati għall-funzjonijiet ta’ dawk il-membri tal-persunal fl-attivitajiet superviżorji matul l-impjieg tagħhom fil-BĊE.