+Artikolu 32 Rieżami
---+Artikolu 32 (a)
---+Artikolu 32 (b)
---+Artikolu 32 (c)
---+Artikolu 32 (d)
---+Artikolu 32 (e)
---+Artikolu 32 (f)
---+Artikolu 32 (g)
---+Artikolu 32 (h)
---+Artikolu 32 (i)
---+Artikolu 32 (j)
---+Artikolu 32 (k)
---+Artikolu 32 (l)
---+Artikolu 32 (m)
---+Artikolu 32 (n)
---+Artikolu 32 2

Artikolu 32 Rieżami

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, u sussegwentement kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi speċjali fuq il-monitoraġġ tal-impatt potenzjali fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 (a)

il-funzjonament tal-MSU fis-SESF u l-impatt tal-attivitajiet superviżorji tal-BĊE fuq l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u fuq il-koerenza u l-integrità tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji, inkluż l-impatt possibbli tiegħu fuq l-istrutturi tas-sistemi bankarji nazzjonali fl-Unjoni, u rigward l-effettività tal-kooperazzjoni u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-MSU u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti;

Artikolu 32 (b)

it-tqassim tal-kompiti bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fi ħdan l-MSU, l-effettività tal-arranġamenti prattiċi tal-organizzazzjoni adottati mill-BĊE, u l-impatt tal-MSU fuq il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji rimanenti;

Artikolu 32 (c)

l-effettività tas-setgħat superviżorji u ta’ sanzjonar tal-BĊE u l-adegwatezza tal-għoti ta’ setgħat ta’ sanzjonar addizzjonali lill-BĊE, inkluż fir-rigward ta’ persuni oħrajn għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji, jew kumpaniji holding finanzjarji mħalltin;

Artikolu 32 (d)

l-adegwatezza tal-arranġamenti stabbiliti rispettivament għall-kompiti u l-għodod makroprudenzjali skont l-Artikolu 5 u għall-għoti u t-tneħħija tal-awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 14;

Artikolu 32 (e)

l-effettività tal-arranġamenti ta’ indipendenza u responsabbiltà;

Artikolu 32 (f)

l-interazzjoni bejn il-BĊE u l-ABE;

Artikolu 32 (g)

l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza, inklużi l-kompożizzjoni u l-arranġamenti għall-votazzjoni tal-Bord Superviżorju u r-relazzjoni tiegħu mal-Kunsill Governattiv, kif ukoll il-kollaborazzjoni fil-Bord Superviżorju bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Istati Membri parteċipanti l-oħra fil-MSU;

Artikolu 32 (h)

l-interazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti u l-effetti tal-MSU fuq dawn l-Istati Membri;

Artikolu 32 (i)

l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-BĊE;

Artikolu 32 (j)

l-effettività tal-ispiża tal-MSU.

Artikolu 32 (k)

l-impatt possibbli tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(6), 7(7) u 7(8) fuq il-funzjonament u l-integrità tal-MSU;

Artikolu 32 (l)

l-effettività tas-separazzjoni bejn il-funzjonijiet tal-politika monetarja u superviżorja fil-BĊE u s-separazzjoni tar-riżorsi finanzjarji dedikati għall-kompiti superviżorji mill-baġit tal-BĊE, b’kont meħud ta’ kwalunkwe modifika tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti inkluż fil-livell tal-liġi primarja;

Artikolu 32 (m)

l-effetti fiskali li d-deċiżjonijiet superviżorji li jittieħdu mill-MSU jkollhom fuq l-Istati Membri parteċipanti u l-impatt ta’ kwalunkwe żvilupp fir-rigward tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni;

Artikolu 32 (n)

il-possibbiltajiet ta’ aktar żvilupp tal-MSU, b’kont meħud ta’ kwalunkwe modifika tad-dispożizzjonijiet rilevanti, inkluż fil-livell tal-liġi primarja, u b’kont meħud ta’ jekk ir-raġunament tad-dispożizzjonijiet istituzzjonali f’dan ir-Regolament għadux preżenti, inkluż il-possibbiltà li d-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u Stati Membri oħra parteċipanti jiġu allinjati għalkollox.

Artikolu 32 2

Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti ta’ akkumpanjament, skont kif ikun adatt.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.