3. Minkejja l-paragrafi 2, u mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tas-setgħat investigatorji kkonferiti lilu skont dan ir-Regolament, mit-3 ta’ Novembru 2013, il-BĊE jista’ jibda jwettaq il-kompiti konferiti lilu b’dan ir-Regolament għajr għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet superviżorji fir-rigward ta’ kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta u wara deċiżjoni indirizzata lill-entitajiet ikkonċernati u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati.
Minkejja l-paragrafu 2, jekk l-MES unanimament jitlob lill-BĊE biex jieħu f’idejh is-superviżjoni diretta ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta bħala prekundizzjoni għar-rikapitalizzazzjoni diretta tagħha, il-BĊE jista’ immedjatament jibda jwettaq il-kompiti konferiti lilu b’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta, u wara deċiżjoni indirizzata lill-entitajiet ikkonċernati u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati.