+Artikolu 33 Dispożizzjonijiet transitorji
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5
---+Artikolu 33 6
|
Artikolu 33 Dispożizzjonijiet transitorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1
|
1. Il-BĊE għandu jippubblika l-qafas imsemmi fl-Artikolu 6(7) sal-4 ta’ Mejju 2014.
|
|
Artikolu 33 2
|
2. Il-BĊE għandu jieħu l-kariga tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament fl-4 ta’ Novembru 2014, soġġett għall-arranġamenti u l-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu.
Wara t-3 ta’ Novembru 2013, il-BĊE għandu jippubblika permezz ta’ regolamenti u deċiżjonijiet l-arranġamenti operattivi dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament.
Mit-3 ta’ Novembru 2013, il-BĊE għandu jibgħat rapporti ta’ kull tliet xhur lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni operattiva ta’ dan ir-Regolament.
Jekk abbażi tar-rapporti msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u wara li r-rapporti jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill, ikun jidher li l-BĊE mhux ser ikun lest għat-twettiq bis-sħiħ tal-kompiti tiegħu fl-4 ta’ Novembru 2014, il-BĊE jista’ jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi data aktar tard minn dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan ta’ dan il-pargarafu sabiex tiġi żgurata l-kontinwità matul it-transizzjoni mis-superviżjoni nazzjonali għall-MSU, u abbażi tad-disponibbiltà tal-persunal, l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ rappurtar adatti u arranġamenti għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali skont l-Arikolu 6.
|
|
Artikolu 33 3
|
3. Minkejja l-paragrafi 2, u mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tas-setgħat investigatorji kkonferiti lilu skont dan ir-Regolament, mit-3 ta’ Novembru 2013, il-BĊE jista’ jibda jwettaq il-kompiti konferiti lilu b’dan ir-Regolament għajr għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet superviżorji fir-rigward ta’ kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta u wara deċiżjoni indirizzata lill-entitajiet ikkonċernati u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati.
Minkejja l-paragrafu 2, jekk l-MES unanimament jitlob lill-BĊE biex jieħu f’idejh is-superviżjoni diretta ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta bħala prekundizzjoni għar-rikapitalizzazzjoni diretta tagħha, il-BĊE jista’ immedjatament jibda jwettaq il-kompiti konferiti lilu b’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta, u wara deċiżjoni indirizzata lill-entitajiet ikkonċernati u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati.
|
|
Artikolu 33 4
|
4. Mit-3 ta’ Novembru 2013, bl-għan li jassumi l-karigi tiegħu, il-BĊE jista’ jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1) jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti biex il-BĊE jwettaq valutazzjoni komprensiva, inkluża valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ, tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Istat Membru parteċipanti. Il-BĊE għandu jwettaq tali valutazzjoni tal-inqas fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux koperti mill-Artikolu 6(4). L-istituzzjoni ta’ kreditu u l-awtorità kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba.
|
|
Artikolu 33 5
|
5. Istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati minn Stati Membri parteċipanti fit-3 ta’ Novembru 2013 jew fejn rilevanti fid-dati msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu li huma awtorizzati skont l-Artikolu 14 u jistgħu jkomplu bl-operat tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-BĊE qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew fejn rilevanti qabel id-dati msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu l-identità ta’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu flimkien ma’ rapport li jindika l-istorja superviżorja u l-profil ta’ riskju tal-istituzzjonijiet ikkonċernati, u kwalunkwe informazzjoni oħra mitluba mill-BĊE. l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa fil-format mitlub mill-BĊE. L-informazzjoni għandha tiġi sottomessa fil-format mitlub mill-BĊE.
|
|
Artikolu 33 6
|
6. Minkejja l-Artikolu 26(7), sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata u l-votazzjoni b’maġġoranza sempliċi għandhom jiġu applikati flimkien għall-adozzjoni tar-regolamenti msemmija fl-Artikolu 4(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|