+Artikolu 8 Divulgazzjoni ta’ skoperturi għar-riskju ta’ kreditu, ir-riskju ta’ dilwizzjoni u l-kwalità tal-kreditu
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
|
Artikolu 8 Divulgazzjoni ta’ skoperturi għar-riskju ta’ kreditu, ir-riskju ta’ dilwizzjoni u l-kwalità tal-kreditu
Divulgazzjoni ta’ skoperturi għar-riskju ta’ kreditu, ir-riskju ta’ dilwizzjoni u l-kwalità tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 435 u 442 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ġej:
(a)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 435(1)(a), (b), (d) u (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw it-tabella EU CRA tal-Anness XV ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament;
(b)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 442(a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw it-tabella EU CRB tal-Anness XV ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament;
(c)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 442(d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU CQ3 tal-Anness XV ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament;
(d)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 442(g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU CR1-A tal-Anness XV ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament;
(e)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 442(f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU CR2 tal-Anness XV ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 442(c), (e) u (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-formoli EU CR1, EU CQ1, u EU CQ7, il-kolonni a, c, e, f u g tal-mudell EU CQ4, u l-kolonni a, c, e u f tal-mudell EU CQ5, stipulati fl-Anness XV ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Istituzzjonijiet kbar li għandhom proporzjon bejn il-valur riportat gross ta’ self u avvanzi li jaqgħu taħt l-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-valur riportat gross totali ta’ self u avvanzi li jaqgħu taħt l-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 daqs jew ogħla minn 5 % għandhom, minbarra l-mudelli u l-kolonni msemmija fil-paragrafu 2, jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 442(c) u (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudelli EU CR2a, EU CQ2, CQ6 u EU CQ8, u l-kolonni b u d tal-mudelli EU CQ4 u EU CQ5 stipulati fl-Anness XV ta’ dan ir-Regolament billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XVI. Huma għandhom jiddivulgaw din l-informazzjoni fuq bażi annwali.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, self u avvanzi klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ, bilanċi ta’ flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn għandhom ikunu esklużi kemm mid-denominatur kif ukoll min-numeratur tal-proporzjon.
|
|
Artikolu 8 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jibdew id-divulgazzjoni skont il-paragrafu 3 meta jkunu laħqu jew qabżu l-livell limitu ta’ 5 % imsemmi f’dak il-paragrafu f’żewġ trimestri konsekuttivi matul l-erba’ trimestri qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni. Għad-data ta’ referenza tal-ewwel divulgazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni konċernata billi jużaw il-mudelli msemmija f’dan il-paragrafu meta jaqbżu l-livell limitu ta’ 5 % f’dik id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni.
|
|
Artikolu 8 6.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhomx ikunu aktar obbligati jiddivulgaw skont il-paragrafu 3 meta jkunu waqgħu taħt il-livell limitu ta’ 5 % għal tliet trimestri konsekuttivi matul l-erba’ trimestri qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|