+Artikolu 11 Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu

Artikolu 11 Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu

Artikolu 11

Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju skont l-Approċċ IRB għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 438 u 452 u fl-Artikolu 453(g) u (j), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ġej:

(a) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 452 minn (a) sa (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw it-tabella EU CRE u l-mudell EU CR6-A tal-Anness XXI ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXII ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 452(g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU CR6 tal-Anness XXI ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXII ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 453(g) u (j), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudelli EU CR7-A u EU CR7 tal-Anness XXI ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXII ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 438(h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU CR8 tal-Anness XXI ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXII ta’ dan ir-Regolament;

(e) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 452(h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudelli EU CR9 u EU CR9.1 tal-Anness XXI ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXII ta’ dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.