+Artikolu 45 Ir-rekwiżiti ġenerali għan-notifiki
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3
---+Artikolu 45 4
---+Artikolu 45 5

Artikolu 45 Ir-rekwiżiti ġenerali għan-notifiki

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1

1.   In-notifiki mressqa skont l-Artikoli 81(1), (2), (3) u 83(2) tad-Direttiva 2014/59/UE ikunu bil-miktub u jintbagħtu permezz ta' mezzi elettroniċi adegwati u sikuri.

Artikolu 45 2

2.   L-awtoritajiet rilevanti msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 81 tad-Direttiva 2014/59/UE u fl-Artikolu 83(2) jispeċifikaw id-dettalji ta' kuntatt biex tiġi mressqa notifika u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 45 3

3.   Qabel ma jibgħat notifika, il-mittent jista' jagħmel kuntatti verbali mal-awtoritajiet rilevanti msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 81 tad-Direttiva 2014/59/UE sabiex jgħarrafhom li qed tiġi mressqa notifika.

Artikolu 45 4

4.   Għall-fini tan-notifiki msemmijin fil-punti (a), (b), (c), (d), (h) u (j) tal-Artikolu 81(3) tad-Direttiva 2014/59/UE u fil-punti (a), (b), (f) u (h) tal-Artikolu 83(2) tagħha, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jużaw il-lingwa fl-użu komuni għall-kooperazzjoni mas-superviżur konsolidanti u l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Artikolu 45 5

5.   L-awtoritajiet rilevanti msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 81 tad-Direttiva 2014/59/UE u fl-Artikolu 83(2) tagħha jinfurmaw lill-mittent li rċevew in-notifika u jispeċifikaw id-data u l-ħin tar-riċevuta kif irreġistrata mir-riċevitur u d-dettalji ta' kuntatt tal-persunal li jieħu ħsieb in-notifika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.