Artikolu 68
Diskussjoni mal-impriża prinċipali fl-Unjoni
Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp torganizza diskussjoni dwar l-abbozz tal-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mal-impriża prinċipali fl-Unjoni skont l-Artikolu 61(2)(h) hija tagħmel dan fil-ħin u dejjem fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-istadju rilevanti tal-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet konġunti. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tibgħat lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji kwalunkwe osservazzjoni ppreżentata mill-impriża prinċipali fl-Unjoni matul din il-konsultazzjoni.