1. Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet ex-post imsemmija fl-Artikolu 104(3) tad-Direttiva 2014/59/UE jistgħu jingħataw mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fuq it-talba ta' istituzzjoni. Dik l-istituzzjoni għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meqjusa meħtieġa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex twettaq il-valutazzjoni tal-impatt tal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex tistabbilixxi jekk dik l-istituzzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet għal differiment imsemmija fil-paragrafu 3.