+Artikolu 3 Differiment ta' kontribuzzjonijiet ex-post straordinarji
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5

Artikolu 3 Differiment ta' kontribuzzjonijiet ex-post straordinarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet ex-post imsemmija fl-Artikolu 104(3) tad-Direttiva 2014/59/UE jistgħu jingħataw mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fuq it-talba ta' istituzzjoni. Dik l-istituzzjoni għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meqjusa meħtieġa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex twettaq il-valutazzjoni tal-impatt tal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex tistabbilixxi jekk dik l-istituzzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet għal differiment imsemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 3 2

2.   Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk dik l-istituzzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet għal posponiment, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-impatt li ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità ta' dik l-istituzzjoni. Fejn dik l-istituzzjoni tkun parti minn grupp, il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll l-impatt ta' solvenza u likwidità tal-grupp kollu kemm hu.

Artikolu 3 3

3.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddifferixxi l-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fejn tikkonkludi li l-ħlas jirriżulta f'waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ksur probabbli, fi żmien is-sitt xhur ta' wara, tar-rekwiżiti minimi tal-istituzzjoni tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(b)

ksur probabbli, fi żmien is-sitt xhur ta' wara, tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità minima tal-istituzzjoni, stipulat fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (3).

(c)

ksur probabbli, fi żmien is-sitt xhur ta' wara, tar-rekwiżit tal-likwidità speċifiku tal-istituzzjoni stipulat fl-Artikolu 105 tar-Regolament 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Artikolu 3 4

4.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tillimita l-perjodu ta' differiment sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu evitati riskji għall-pożizzjoni finanzjarja ta' dik l-istituzzjoni jew tal-grupp tagħha. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tissorvelja regolarment jekk il-kundizzjonijiet għal differiment imsemmija fil-paragrafu 3 ikomplux japplikaw matul il-perjodu tad-differiment.

Artikolu 3 5

5.   Fuq talba ta' dik l-istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' ġġedded il-perjodu tad-differiment, fejn tiddetermina li l-kundizzjonijiet għal differiment imsemmija fil-paragrafu 3 ikomplu japplikaw. Dan it-tiġdid ma għandux jaqbeż is-6 xhur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0778
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.