+Artikolu 6 2
|
Artikolu 6 2
2. Meta jiġi vvalutat l-impatt materjali negattiv fuq partijiet terzi, ir-rilevanza sistemika tal-funzjoni għal partijiet terzi u r-rilevanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp li joffru l-funzjoni, l-istituzzjoni u l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu d-daqs, is-sehem tas-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità, u l-attivitajiet transkonfinali tal-istituzzjoni jew il-grupp.
Il-kriterji ta' evalwazzjoni tal-impatt fuq partijiet terzi għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
in-natura u l-firxa tal-attività, l-ilħuq globali, nazzjonali jew reġjonali, il-volum u l-għadd ta' tranżazzjonijiet; l-għadd ta' klijenti u kontropartijiet; in-numru ta' klijenti li għalihom l-istituzzjoni hija l-unika sieħba bankarja jew dik prinċipali.
|
|
(b)
|
ir-rilevanza tal-istituzzjoni, fuq bażi lokali, reġjonali, nazzjonali jew dak Ewropew, kif xieraq għas-suq konċernat. Ir-rilevanza tal-istituzzjoni tista' tiġi evalwata abbażi tas-sehem tas-suq, l-interkonnettività, il-kumplessità u attivitajiet transkonfinali.
|
|
(c)
|
in-natura tal-klijenti u partijiet interessati affettwati mill-funzjoni, bħal, iżda mhux limitati għal klijenti individwali, klijenti korporattivi, klijenti interbankarji, il-kmamar tal-ikklerjar ċentrali u entitajiet pubbliċi.
|
|
(d)
|
il-potenzjal ta' tfixkil ta' funzjoni fuq is-swieq, infrastrutturi, klijenti u s-servizzi pubbliċi. B'mod partikolari, il-valutazzjoni tista' tinkludi l-effett fuq il-likwidità tas-swieq ikkonċernati, l-impatt u l-grad ta' tfixkil għan-negozju tal-klijenti, u l-bżonnijiet ta' likwidità fuq perjodu qasir ta' żmien; il-perċettibbiltà għal kontropartijiet, klijenti u l-pubbliku; il-kapaċità u l-veloċità ta' reazzjoni tal-klijenti; ir-rilevanza għall-funzjonament ta' swieq oħra; l-effett fuq il-likwidità, l-operazzjonijiet, l-istruttura ta' suq ieħor; l-effett fuq kontropartijiet oħra relatati ma' klijenti ewlenin u l-interrelazzjoni tal-funzjoni ma' servizzi oħra.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0778
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|